Grupp C:
COSTA RICA……..1
ŻAMBJA……………3
F’Waikato Stadium, riżultat li ma kellu ebda effett fuq il-klassifika għajr li l-Costa Rica sofrew it-tielet telfa minn daqstant partiti filwaqt li ż-Żambja kisbu l-ewwel rebħa fl-istorja f’Tazza tad-Dinja tan-Nisa.
Wara biss tlett minuti, minn azzjoni ta’ Avell Chitundu kienet Lushamo Mweemba li għelbet lil Danila Solera Vega biex poġġiet liż-Żambja fil-vantaġġ.
L-iskor sar 2-0 fil-31 minuta minn penalty mogħti u skorjat minn Barbara Banda. Fit-48 minuta l-Costa Rica naqqset l-iskor permezz ta’ Melissa Herrera li minn azzjoni ta’ Valeria del Campo għelbet lil Catherine Musenda għat 2-1. Madankollu fil-ħin miżjud kienu ż-Żambja li kabbru l-iskor għal 3-1 meta minn pass ta’ Barbara Banda kienet Racheal Kundananji li għelbet lil Vega.
//= $special ?>