Waqt konferenza tal-aħbarijiet li ġiet indirizzata mill-President tal-MRU, Ms Camilla Appelgren u l-Konsulent Legali tal-MRU Dr. Wilfrid Buttiġieġ. ġiet imnedija uffiċjalment il-Malta Ranger Unit.
Waqt din il-konferenża ġie spjegat kif bdiet il-Malta Ranger Unit, kif ukoll ingħatat prezentazzjoni dwar l-għaxar punti li jiddefinixxu l-istess organizzazzjoni.
L-Istorja tal-MRU
Ms. Camilla Appelgren spjegat li għal ħafna snin diffikultajiet ambjentali baqgħu b’saħħithom minħabba l-fatt li n-nies kienu jibżgħu jirrapurtaw jew kienu jemmnu li jekk jirraportaw dan ma kienx se jagħmel differenza, b’konsegwenza ta’ impunita’ għall-kriminalita fis-settur ambjentali. Dan hu li wassal grupp ta’nies li jingħqdu sabiex jifforma l-MRU. Osservajna li lparagun bejn il-kriminalita ambjentali u s-suċċess fil-prosekuzzjoni legali kien baxx ħafna. Ilprosekuzzjoni ma kinitx tkun possibli minħabba nuqqas ta’ evidenza kredibbli.
L-ewwel membri tal-MRU ġabru informazzjoni minn diversi entitajiet involuti fis-settur ambjentali. Wara analizi li saret fuq id-degradazzjoni ambjentali u kif dan jaffettwa s-saħħa tal-komunita, l-MRU ħarġet pjan ta’ ħidma sabiex tindirizza din il-problema. Dan ikkonsista f’dokumentazzjoni, rapportaġġ u l-presentazzjoni ta’ evidenza fil qorti bħala xhieda, flimkien ma kampanji edukattivi dwar għaliex u kif jaħdmu l-liġijiet ambjentali. L-istess pjan ta’ ħidma ippermetta lill-awtoritajiet ikollhom aktar prosekuzzjonijiet b’suċċess.
Ms Appelgren spjegat li l-MRU issieħbet mal-kummissarju tal-organizzazzjonijiet volontarji fit-22 ta’ Gunju 2023 u li issa tifforma parti mill-Federazzjoni Ewropea tal-Gwardjani.
L-Għanijiet tal-Organizzazzjoni
Fit-tieni parti tal-konferenza stampa, Dr. Wilfrid Buttiġieġ, konsulent legali tal-MRU spjega lgħaxar punti li jiddefinixxu l-organizzazzjoni.
Ghoti ta’ setgha
Dr. Buttigieg spjega illi wieħed mill-għanijiet prinċipali tal-MRU huwa li tagħti s-setgħa liċċittadini sabiex jipprotegu l-ambjent. ‘Teknikament l-irwol ta’ Ranger huwa l-istess bħal dak ta’ ċittadin. L-unika differenza hija li aħna preparati aktar biex inkunu nistgħu nagħtu evidenza effettiva fil-qorti u nassistu lil-puliżija fil-proċess tal-prosekuzzjoni. Il-qofol ta’ dan l-irwol jista’ jsir minn kull ċittaddin li jkun lest li jixhed fil-qorti u jistqarr dak li jkun ra fattwalment bissensi tiegħu jew tagħha.’
Infurzar
L-għan tal-MRU huwa li tażgura li dak li hemm miktub fil-liġi ambjentali, jseħħ fil-prattika. Xogħol ir-ranger hu li jirraporta kriminalita ambjentali lill-pulizija jew l-awtoritajiet applikabli kif ukoll il-ġbir tal-evidenza. L-MRU sservi wkoll bħala punt ta’ referenza għal rappurtaġġ ta’ kriminalita ambjentali mill-pubbliku. Ir-rangers tal-MRU, segwitu xi rapport mill-pubbliku imorru fuq is-sit fejn il-ksur tal-liġi jaf jkun qed iseħħ. Meta l-ksur tal-liġi jkun ikkonfermat, lMRU tagħmel rapport lil Environment Protection Unit (EPU), lill-pulizija tad-distrett jew xi awtorita applikabbli skont il-ligi. Minn dan il-punt il-quddiem, l-MRU issegwi lill-awtoritajiet konċernati biex tara fejn ikun wasal il-kaz sal-konklużjoni tiegħu. Dr.Buttigieg spjega li millbidu tal ħidma tagħha l-MRU ddokumentat 20 każ li wasslu għal 18 il-każi fil-qorti.
Il-Qasam Legali
L-att leġistlattiv li l-MRU tiffoka fuqhu huwa l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent Kapitlu 549 tal-liġi Maltija, abbinata ma kull leġislazzjoni direttament jew indirettament hija relatata mal-ambjent – inkuz il-Kodiċi Kriminali Kapitlu 9, meta applikabbli. Dr Buttiġieġ spjega li lMRU se sservi biex tissaħħaħ il-liġi u jiżdied l-infurzar permezz ta’ djalogi kostruttivi malleġiżlatur.
Dr. Buttiġieġ kompla billi jagħti ezempju prattiku dwar kif tista tissaħħaħ il-liġi. Persuna li riċentement ħammeġ il-Bajja tal-Mixquqa b’ammont kbir ta’ konfetti ġie mmultat is-somma ta’ €150, biss ma kien hemm l-ebda proċeduri jew ittieħdu passi sabiex isir tindif tal-post b’mod effettiv. Prezentement il-multa skont SL549.40 hija ta €150 għal tniġġiz ta’ spazju pubbliku.
Madankollu, il-bajja tifforma parti mil-Park tal-Majjistral, għaldaqstant hemm żieda ta’ minimu ta’ €300 minħabba ċ-ċirkostanzi aggravati. L-MRU temmen li min jikkaguna ħsara ambjentali għandu mhux biss jeħel penali izda saħansitra jirripristina is-sit danneġġat għall-istat originali tiegħu permezz tal-ħlas biex jigu koperti l-ispejjez tat-tindif u r-ripristinar tas-sit ukoll. Dr. Buttigieg spjega l-MRU temmen bis-sħiħ li huwa ferm tajjeb li n-nies jiċċelebraw mal-ħbieb u familjari fin-natura. Madankollu, m’huwa qatt ġustifikat l-użu ta’ materjal danneġġanti għallambjent. L-MRU temmen li ċ-ċelebrazzjonijiet jistgħu jsiru mingħajr ma jħallu effet negattiv fuq l-ambjent. ‘Tħalli l-ebda traċċa’ għandha tkun xi ħaġa li kullħadd jifhem u jeżerċita’.