L-Ispeaker Anglu Farrugia kkonferma li l-PAC jista’ jiltaqa’ fis-Sajf, kif ipproponew id-Deputati tal-Partit Nazzjonalista; u kif diġà ġara s-sena li għaddiet, fejn il-Kumitat baqa’ jiltaqa’ matul il-perjodu tas-Sajf.
Għaldaqstant, wara din id-deċiżjoni tal-Ispeaker, il-President tal-Kumitat flimkien maż-żewġ membri l-oħrajn tal-Partit Nazzjonalista fil-PAC, ipproponew li l-Kumitat jiltaqa’ t-Tlieta li ġej, 8 ta’ Awwissu, fis-2pm.
Il-Partit Nazzjonalista jittama li wara d-deċiżjoni tal-Ispeaker, il-membri tal-Partit Laburista jaċċettaw din il-proposta.