Lokali Saħħa

Aktar mediċini jinsabu out-of-stock

Is-sitwazzjoni tal-mediċini out-of-stock qed tkompli titfa piż fuq il-pazjenti u diversi persuni oħra li ta’ kuljum jiġu bżonn mediċini partikolari. Bis-sorsi tagħna jikkonfermaw li fost il-mediċini li bħalissa huma out-of-stock hemm id-Doxazosin, il-Burinex, kif ukoll l-Eylea.

Diversi persuni li tul din il-ġimgħa tkellmu ma’ Net News qalulna illi l-Gvern suppost jippublika l-lista tal-mediċini out-of-stock. Iżda din il-lista mhux talli mhix qed tiġi aġġornata… iżda l-Gvern neħħiha kompletament minn fuq l-internet.

Persuna partikolari qaltilna illi l-poplu għandu dritt ikun jaf liema huma l-mediċini li bħalissa jinsabu out-of-stock. Iżda l-Gvern, minn naħa tiegħu, iddeċieda li jaħbi din l-lista.

Apparti l-mediċini, hemm ukoll ċertu labar tal-insulina li bħalissa huma out-of-stock.

Dan apparti li hemm xi nies qegħdin jingħataw labar ta’ daqs ħażin, hekk kif l-anzjani li għandhom bżonn labar iqsar sabiex ma jitbenġlux u t-tfal li wkoll għandhom bżonn labar qosra sabiex ma jweġġgħux. Iżda dawn qegħdin jingħataw labar eħxen minħabba n-nuqqas fl-istock tal-labar irqaq.

Mhux eskluż ukoll li ċertu labar qed ikunu ta’ kwalità inferjuri u b’riżultat ta’ dan… dawk li jużawhom għall-insulina jispiċċaw jweġġgħu.