Fis-Centenary Stadium, illejla fit-7:30pm Balzan jilqgħu lil Neman Grodno tal-Belaru,s bit-tama li jdawru żewġ gowls żvantaġġ favur tagħhom u jikkwalifikaw għat-tielet round tal-Europa Conference League.
Fl-ewwel leg, li ntlagħab f’Giyor, l-Ungerija, it-tim immexxi minn Oliver Spiteri sofra żewġ gowls fit-tieni taqsima minkejja li kellu l-aktar minn dak li huwa pussess tal-ballun u naqas milli jsib ix-xibka, u għalhekk issa huwa importanti li llejla Balzan ikunu aħjar quddiem il-lasta biex kemm jista’ jkun jidħlu malajr fil-partita.
Għal Balzan jirritorna l-akkwist il-ġdid Andre Prates fid-difiża wara li fl-aħħar partita kien sospiż wara li tkeċċa fit-tieni leg kontra Domzale, ftit mumenti wara li skorja l-gowl li kien ifisser kwalifikazzjoni għat-tim tiegħu.
//= $special ?>