Lokali Parlament

Il-membri tal-Gvern tal-PAC ma jridux jattendu għal-laqgħat tal-Kumitat matul l-istaġun tas-sajf – PN

Il-President tal-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi (PAC) Darren Carabott talab lill-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti biex jipprovdi direzzjoni lill-PAC b’rabta mad-dikjarazzjoni tal-erba’ membri tal-Gvern li ma jridux jattendu għal-laqgħat tal-Kumitat matul il-perjodu tas-sajf wara li qalu li huma disposti biss li jagħmlu dmirhom wara l-ftuħ tas-sessjoni li jmiss tal-Parlament, jiġifieri wara s-sajf.

Il-membri tal-Gvern qalu wkoll li ma jridux jappuntaw sostituti biex jattendu minflokhom.

Fl-ittra, il-President tal-PAC qal li hu irresponsabbli u abbuż ta’ poter li membru tal-Kumitat, irrispettivament mill-fatt li hu l-Whip tal-Grupp Parlamentari tal-Gvern, jaqbad u jinforma direttament lix-xhud, Joseph Muscat, li l-laqgħa tħassret għax il-membri tal-Gvern ma jridux jattendu u għalhekk ma ntlaħaqx kworum għall-Kumitat.