Matul il-lejl li għadda, eluf ta’ familji reġgħu esperjenzaw qtugħ fil-provvista tad-dawl. Dan hekk kif numru ta’ lokalitajiet spiċċaw fi dlam ċappa – bil-kriżi tad-dawl tidħol issa fit-tielet ġimgħa tagħha.
Dan kien it-tieni lejl konsekuttiv li fih kien hemm qtugħ fil-provvista għal ftit sigħat, bid-dawl jerġa’ jiġi lura matul il-lejl.
Il-lokalitajiet li ġew affetwati minn dan il-qtugħ kienu Ħal Balzan, Ħal Qormi, l-Imsida, il-Belt u Birkirkara; filwaqt li f’xi postijiet kien hemm qtugħ anke fil-provvista tal-ilma.
//= $special ?>