Ħafna anzjani li jattendu ċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum fil-Ħamrun jinsabu diżappuntati li l-Gvern iddeċieda li ma jerġax ipoġġi s-salib fid-Day Centre wara l-proġett li sar ta’ titjib f’dan iċ-ċentru.
Ħadd ma jaf ir-raġuni għaliex tneħħa s-salib. Bid-deputat Nazzjonalista Paula Mifsud Bonnici tinsisti li l-anzjani għandhom dritt ikunu jafu.
“Staqsejtu lill-anzjani jekk iridux li jkollhom salib fiċ-ċentru li jattendu fih kuljum? Persważa li kollha jridu li jitwaħħal. Allura għaliex qed tirrezistu li twaħħluh?”, saqsiet id-deputat tal-PN fuq il-media soċjali.
Hi appellat biex il-Gvern jagħmel il-pożizzjoni tiegħu ċara darba għal dejjem jekk huwiex kontra is-slaleb f’postijiet pubbliċi.
//= $special ?>