Futbol Sport

L-iskwadra ta’ taħt it-12-il sena ta’ Pietà Hotspurs finalisti fid-Dana Cup

Pietà Hotspurs F.C. Academy ħadet sehem b’suċċess fl-edizzjoni ta’ din is-sena tat-Tournament Internazzjonali Dana Cup.

Fl-edizzjoni ta’ din is-sena f’dan it-Tournament ħadu sehem 48 tim minn 11-il pajjiż.

Pietà Hotspurs ikkompetew b’żewġ timijiet immexxija mill-kowċis Kevin Farrugia u Christopher Cuschieri . Pietà irnexxiehom jirbħu ż-żewġ gruppi rispettivi u kellhom jiltaqgħu fil-fażi tal-aħħar sittax b’team minnhom baqa’ javvanza fejn irnexxielu jasal wkoll sas-semi finali.

Pietà lagħbu kontra Marikollen FK tan-Norveġja fis-semi finali fejn Pieta’ rebħu 2-1 sabiex għaddew għal-finali.

Fil-finali Pieta’ ltaqgħu kontra Sporting Cluj tar-Rumanija bit-team Rumen jirbaħ 4-0.