L-eks Mexxejja ta’ Myanmar Aung San Suu Kyi inħafrulha ħamsa minn fost id-19-il għadd ta’ akkuża li l-Ġunta militari kienet ressqet fil-konfront tagħha. Il-maħfra, bħala parti minn amnestija, għandha tnaqqas b’sitt snin is-sentenza ta’ ħabs għal Suu Kyi li kienet weħet 33 sena priġunerija.
Għalkemm il-Ġunta li qed tmexxi fi Mynamar kemm-il darba konfermat l-amnestiji simili għall-priġunieri politiċi, din hi l-ewwel darba li Suu Kyi kienet inkluża f’waħda mill-amnestiji.
Kollox jidher, intant, li l-Ġunta militari deċidiet għal aktar konċessjonijiet bħala sforz lejn l-istimolu ta’ impenn diplomatiku li ilu żmien staġnat.
Dan ukoll wara li Suu Kyi, jiem ilu, kienet ittrasferita minn kumpless ta’ ħabs lejn ir-residenza tagħha fejn bħalissa qiegħda tgħix fi stat ta’ arrest,
L-istess Aung San Suu Kyi — li kienet rebħet il-Premju Nobel għall-Paċi – ilha tinżamm bħala priġuniera tal-Ġunta minn Frar tal-2021 u wara li l-militar kien qaċċatha mill-poter waqt kolp ta’ stat.
//= $special ?>