Lokali

Nhar il-Ħamis se jiġi diskuss ir-rapport dwar id-Deputat Laburista Michael Farrugia

Nhar il-Ħamis li ġej il-Kumitat Parlamentari tal-Istandards se jiddiskuti r-rapport dwar l-allegazzjonijiet serji li saru fil-konfront tal-eks Ministru Laburista Michael Farrugia.

L-ilment oriġinali quddiem il-Kummissarju tal-Istandards kien sar mill-Professur Arnold Cassola wara li Michael Farrugia kien ordna lill-Awtorità tal-Ippjanar sabiex tapprova l-proġett tat-torrijiet fl-Imrieħel fl-istess ġurnata li Michael Farrugia kellu laqgħa man-negozjant Yorgen Fenech f’Kastilja.

Cassola qed jgħid li l-eks Ministru Michael Farrugia – li għadu deputat tal-Labour – allegament gideb erba’ darbiet.

L-ewwel okkażjoni hi meta Farrugia qal bl-aktar mod apert lill-ġurnalisti li ma kellux laqgħa ma’ Yorgen Fenech f’Kastilja. U meta affaċċjat bil-lista illi turi li verament kellu laqgħa ma’ Fenech … hu kien biddel id-diska, u qal li kellu laqgħa iżda fl-ebda ħin ma ġie diskuss il-proġett tat-torrijiet fl-Imrieħel.

Allegatament, id-deputat Laburista gideb ukoll meta qal li kienet id-deċiżjoni tal-kumitat tal-evalwazzjoni li ħa d-deċiżjoni dwar it-torrijiet tal-Imrieħel. Dan meta fid-dokument imkien ma ssemmiet il-proposta li t-torrijiet jinbnew l-Imrieħel.

Barra minn hekk, Michael Farrugia qed ikun akkużat li gideb meta qal li ma kellux aċċess għad-Dokumentazzjoni dwar il-konsultazzjoni pubblika rigward il-highrises – metadan d-dokument huwa faċilment aċċessibbli.

Issa…. kollox se joħroġ fil-beraħ nhar il-Ħamis li ġej meta jitlaqqa’ l-Kumitat Parlamentari tal-Istandards, fejn f’isem il-PN se jkun hemm id-Deputati Ryan Callus kif ukoll Mark Anthony Sammut.