Stewart Said
SLIEMA FRANK SALT……… 15
VALLETTA IZIBET……………. 8
(4-3), (3-2), (2-1), (6-2)
Sliema Frank Salt irritornaw għar-rebħ anki jekk kellhom jitħabtu aktar milli mistenni biex għelbu lil Valletta Izibet. Ir-riżultat finali ma jagħtix stampa eżatt tal-andament tal-logħba. Is-Slimiżi kienu traskurati fl-attakk u kawża ta’ prestazzjoni pożittiva minn Valletta.
Sliema bnew vantaġġ ta’ 3-0 fl-ewwel sessjoni iżda doppjetta minn Ivan Nagaev naqqset id-distakk għal 3-2. Valletta saħansitra għamlu l-iskor 4-4 fit-tieni sessjoni iżda ma rnexxielhomx imorru fil-vantaġġ, b’Sliema jiskorjaw tliet gowls konsekuttivi.
Valletta baqgħu fil-logħba tul it-tielet sessjoni iżda naqsu li joqorbu lejn l-avversarji fejn anki kkritikaw mhux darba l-kontroll arbitrali. Dino Zammit u Zach Mizzi kabbru l-vantaġġ għal 9-5, b’Kieyan Borg inaqqas id-distakk.
Minkejja li Andrija Prlainovic ġie eskluż għat-tielet darba, fl-aħħar sessjoni Sliema sabu l-ħin li mhux biss jaċċertaw mir-rebħa iżda jirbħu b’vantaġġ komdu biex benġlu prestazzjoni li ma kinitx l-aqwa waħda.
Sliema: N. Grixti, J. Gabarretta, L. Galea (3), J. Gambin (1), Z. Mizzi (2), B. Cachia (1), J. Cutajar (1), M. Mifsud, J. Brownrigg, D. Kholod (3), A. Prlainovic (1), D. Zammit (1), A. Bugeja, E. Schembri (1), S. Engerer (1)
Valletta: B. Busuttil, J. Spiteri Staines, D. Rizzo, J. Cassar (1), S. Busuttil, A. Vlahovic, D. Paolella, I. Nagaev (5), S. Micallef, A. Agius, K. Borg (2), K. Cremona, A. Theuma, M. Demarco, J. Chircop
Referees: Alessandro Cavallini, Ronnie Spiteri
EXILES WELBEE’S………….. 19
TA’ XBIEX AMIGOS………….. 7
(3-2), (5-0), (8-3), (3-2)
Exiles Welbee’s preparaw għall-play-offs bl-aqwa mod possibbli b’rebħa fuq Ta’ Xbiex Amigos. Il-konfront irriduċa ruħu f’wieħed faċli għal Exiles li kkontrollaw il-logħba, b’Ta’ Xbiex naqsu li jagħmlu reazzjoni denja.
Exiles rebħu l-ewwel sessjoni 3-2 u kkonsolidaw il-vantaġġ fit-tieni sessjoni b’ħames gowls mingħajr risposta minkejja l-kritika ta’ Ta’ Xbiex għad-deċiżjonijiet arbitrali. Spikka Valentino Gallo awtur ta’ tripletta.
Minkejja d-distakk, Exiles baqgħu xorta jilagħbu l-logħba tagħhom u komplew iżidu l-vantaġġ gradwalment. Doppjetti minn Kurt Griscti, Max Aquilina u Gallo flimkien ma’ gowls ta’ Zak Cutajar Licari u Matteo Martellacci kabbru l-vantaġġ għal 16-5. Fl-aħħar sessjoni komplew jikkontrollaw il-logħba, b’Martellacci jispikka b’doppjetta.
Exiles: M. Castillo, Z. Cutajar Licari (2), Z. Micallef, V. Gallo (5), G. Molina (1), S. Xerri de Caro, M. Fenech (1), K. Griscti (2), N. Paris, M. Martellacci (3), M. Aquilina (3), N. Saliba (2), F. Buhagiar, N. Burlin, L. Pursehouse
Ta’ Xbiex: M. Vassallo, N. Schiavone, L. Montebello Brownrigg, L. Grech Carr, K. Grech, R. Mock, J. Saliba, K. Milakovic, U. Vasic, J. Culic, Z. Bartolo, J. Farrugia, G. Galea Curmi, M. Ortoleva, K. Agius
Referees: Alessandro Cavallini, Richard Magri
OTTERS NIVEA……………… 18
BARRACUDAS……………….. 11
(4-2), (4-4), (5-1), (5-4)
Otters Nivea temmew il-kampjonat fuq nota pożittiva b’rebħa netta kontra Barracudas. Huma spiċċaw b’punti ndaqs ma’ Ta’ Xbiex iżda minħabba differenza ta’ gowls inferjuri, Ta’ Xbiex ikklassifikaw fir-raba’ post u se jilagħbu l-play-off.
Barracudas kellhom il-vantaġġ darbtejn fl-ewwel sessjoni sakemm gowls ta’ Ronen Grosz u Matthias Bonnici taw vantaġġ doppju lil Otters. Il-vantaġġ kiber għal 7-3 fit-tieni sessjoni għalkemm Barracudas naqqsu d-distakk għal 8-6.
Otters għamlu ċert mir-rebħa fit-tielet sessjoni b’ħames gowls mingħajr risposta kollha minn plejers differenti. Fl-aħħar sessjoni huma kkontrollaw, bit-tim ta’ Barracudas tal-anqas qasam is-sessjoni mal-avversarji.
Otters: M. Xerri, M. Bonnici (1), K. Scicluna, D. Dimech (2), M. Meli (3), R. Grosz (2), I. Azzopardi (1), S. Dimech, L. Dimech (3), J. Saric (4), M. Farrugia, A. Dimech (2), M. Grech, K. Micallef
Barracudas: I. Schembri, A. Piccione, A. Magri, P. Micallef (1), D. Ciantar (1), R. Sciortino (1), I. Gusarov (4), R. Latinovic (2), C. Bugeja, S. Apap, A. Mifsud (1), T.J. Mifsud, M. Borg, P. Caruana Turner, T. Perici Ferrante
Referees: Vittorio Frauenfelder, Stefan Licari
//= $special ?>