Grupp E:
PORTUGALL……0
STATI UNITI…….0
F’ Eden Park, f’Auckland, iċ-champions tad-dinja l-Istati Uniti qatgħu passaġġ mal-aħħar sittax għalkemm mhux b’daqsekk konvinzjoni.
L-Istars and Stripes iridu jogħllu l-ivell fil-fażi li jmiss jekk iridu jżommu dan it-titlu hekk kif minn tliet logħbiet fil-Grupp kisbu rebħa waħda biss u ġew darbtejn draw.
L-Istati Uniti temmew fit-tieni post fi Grupp E b’5 punti kontra s-7 punti tal-Olanda li rebħet il-grupp.
Il-Portugall, minkejja li f’mumenti kellhom aktar pussess, riedu bilfors rebħa sabiex jaqbżu fil-klassifika lil istess Stati Uniti.
//= $special ?>