Grupp D:
HAITI………………0
DANIMARKA……2
Id-Danimarka ingħaqdu mal-Ingilterra u kkwalifikaw bit-tieni post minn Grupp D, b’rebħa ta’ 2-0 fuq il-Haiti.
Wara li kellhom gowl imħassar mill-VAR fir-raba’ minuta, id-Daniżi fetħu l-iskor fil-21 minuta minn penalty skorjat mill-plejer ta’ Bayern Munich Pernille Harder wara handsball fil-kaxxa ta’ Dayana Pierre-Louis.
Id-Daniżi baqgħu fil-kontroll tal-partita u wara li fit-83 minuta għal darb’oħra kellhom gowl imħassar mill-VAR għal foul li sar fl-istess azzjoni, 10 minuti fuq id-90 issiġillaw ir-rebħa meta s-sostituta Sanne Troelsgaard tefgħet fir-rokna tax-xibka minn pass ta’ Millie Gejl għal skor finali ta’ 2-0 favur id-Daniżi.
//= $special ?>