Grupp E:
VJETNAM…….0
OLANDA………7
Kif kien mistenni ebda problema għall-Olanda biex fid-Dunedin Stadium tegħleb lit-tim modest tal-Vjetnam bl-iskor kbir ta’ 7-0.
Wara biss tmien minuti kienet Lieke Martens li għelbet lil Thi Kim Thanh Tran biex fetħet l-iskor għall-Olanda. Tliet minuti wara minn azzjoni ta’ Danielle Van de Donk kienet Katja Snoeijs li għamlet l-iskor 2-0
Fit-18- il minuta l-iskor sar 3-0 wara li Esmee Brugts skorjat minn azzjoni ta’ Lieke Martens. Fit-23 minuta kienet Jill Roord li kompliet tkabbar l-iskor minn azzjoni ta’ Dominique Janssen.
Eżatt qabel tmiem l-ewwel taqsima kienet Danielle Van de Donk li għamlet l-iskor 5-0.
L-andament fit-tieni taqsima baqa’ l-istess u fis-57 minuta reġgħet kienet Esmee Brugts li għamlet l-iskor 6-0 filwaqt li għaxar minuti wara, gowl ta’ Martens ma kienx ikkonvalidat bil-VAR.
L-Olandiżi ma kienu lesti u fit-83 minuta skorjaw is-seba’ u l-aħħar gowl tal-partita din id-darba b’gowl ieħor ta’ Jill Roord minn azzjoni ta’de Gragt.
//= $special ?>