BALZAN…………………… 0
NEMAN GRODNO …….. 0
Balzan: D.Golovic, I.Bozovic, M.Raso, Andre, S.Arab, R.Michibuchi, P.Fenech, J.Grech, A.Andrejic, P.Olawale, A.Torres
Neman Grodno: K.Rudenok, A.Vasilyev, I.Sadovnichiy, E.Parkhomenko, Y.Pantia, A.Shukurov, M.Kozlov, S.Karpovich, A.Yakimov, O.Evdokimov, Y.Zubovich
Referee: I.Papadopoulos
Assistent Referees: V.Nikolakakis, K.Nikolaidis
Fis-Centenary Stadium Balzan sfaw eliminati mill-UEFA Conference League u temmew l-avventura tagħhom fl-Ewropa għal dan l-istaġun wara draw ta’ mingħajr gowls kontra Neman Grodno tal-Belarus. Huma kienu eliminati wara li l-ġimgħa l-oħra kienu fuq in-naħa telliefa tal-partita bl-iskor ta’ 2-0 fl-Ungerija.
Fl-ewwel round Balzan eliminaw lil Domzale tas-Slovenja meta rebħulhom fil-ħin barrani fil-partita ta’ ritorn fis-Centenary Stadium il-ġimgħa li għaddiet.
Kontra Neman Grodno, Balzan provaw minn kollox biex jidħlu fil-partita iżda bħalma ġara fl-ewwel leg sabu difiża soda li ma ħallietilhom l-ebda spazju, tant li ħafna drabi kienu kostretti jikkonkludu minn barra l-kaxxa.
//= $special ?>