Botta u risposta dwar il-laqgħat tal-PAC, bil-Gvern issa spiċċa jagħmel u-turn. Dan wara li l-Ispeaker qabel mal-pożizzjoni li ħadu l-membri tal-Oppożizzjoni.
Kollox beda wara li c-Chairperson tal-PAC Darren Carabott kien kiteb lill-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia sabiex jagħtih direzzjoni wara li l-membri tal-Gvern irrifjutaw li jitlaqqa’ l-Kumitat…minħabba li ninsabu fl-istaġun tas-sajf!
F’din is-seduta tat-Tlieta – li ma saritx – kien pjanat li jkompli jixhed l-eks PM Joseph Muscat, wara li dan wera disponibbiltà li jixhed f’Awwissu. Iżda l-laqgħa kellha titħassar.
Imbgħad daħal fiha anke l-Ispeaker, fuq talba tal-membri tal-Oppożizzjoni.
Anglu Farrugia minn naħa tiegħu ikkonferma li l-PAC jista’ jiltaqa’ fis-Sajf, kif ipproponew id-Deputati tal-Partit Nazzjonalista.
Għaldaqstant, wara din id-deċiżjoni tal-Ispeaker, il-President tal-Kumitat flimkien maż-żewġ membri l-oħrajn tal-Partit Nazzjonalista fil-PAC, ipproponew li l-Kumitat jiltaqa’ t-Tlieta li ġej – bil-membri tal-Gvern ikollhom jagħmlu u-turn, wara r-rezistenza inizjali minn naha taghhom.
Fil-fatt, Net News huwa infurmat li d-deputat Laburista Andy Ellul ikkonferma li l-Gvern issa, wara ħafna tisbit tas-saqajn, spiċċa aċċetta li jitlaqa’ l-PAC nhar it-Tlieta…f’dik li qed titqies bħala u-turn oħra minn naħa tal-Gvern.
//= $special ?>