Fiċ-Ċirkewwa saret it-tielet tiġrija tal-għawm fil-miftuħ organizzata minn Birkirkara St Joseph Sports Club bħala parti mill- Kampjonati Garmin Birkirkara Saint Joseph Open Water Swimming.
L-unuri tal-ġurnata ttieħdu minn Gabriel Camilleri u Martina Micallef li kisbu l-ewwel rebħa tagħhom għall-istaġun. Ir-rebħa ta’ Camilleri ma kienitx waħda faċli meta kien hemm biss sekonda li sseparatu minn Giuseppe Borg li temm fit-tieni post. Ftit sekondi wara Borg daħal fit-tielet post Mark Sponneck.
Martina Micallef kisbet l-ewwel rebħa tal-istaġun, b’vantaġġ ta’ kważi żewġ minuti fuq Michela Camilleri. Wara Camilleri fit-tielet post daħlet Charlotte Spencer. Ir-raba’ tiġrija tal-Kampjonati qed ssir illum fil-Bajja ta’ San Tumas Marsascala.
Il-Kampjonati Garmin Birkirkara Saint Joseph Open Water Swimming qed isiru taħt il-patroċinju tal-Assoċjazzjoni Sport Akwatiku ta’ Malta.
//= $special ?>