It-tim nazzjonali Malti tal-golf jinsab fil-Greċja fejn qed jieħu sehem fid-disa’ edizzjoni tal-ETSC International Golf Tournament.
Dan it-tournament qed jintlagħab f’Costa Navarino, korsa ta’ 18-hole par-72 li hi ddisinjata mill-golfer famuż Jose Maria Olazabal. It-tim Malti qed jieħdu sehem bil-golfers Ruud Critien u Laurens Schulze Doering flimkien ma’ Oliver Stuart u Liam Debattista li huma relattivament plejers ġodda għal din il-kompetizzjoni.
It-tim Malti hu mmexxi minn Andy Borg u jinsab akkumpanjat mill-President tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Golf William Beck.
Sadanittant għaxar pajjiżi oħra se jkunu qed jieħdu sehem f’dan it-tournament u dawn huma l-Albanija, Andorra, il-Bulgarija, Ċipru, Georgia, il-Greċja, Liechtenstein, il-Lussemburgu, Serbja u l-Ukrajna.
//= $special ?>