Futbol Sport

Gżira United illejla jipprovaw jiddefendu ż-żewġ gowls vantaġġ kontra Dudelange

(Ritratt: Trevor Sollars)

Gżira United illejla jkunu mpenjati fit-tieni leg tat-tieni round tal-Europa Conference League, meta fi Stade Jos Nosbaum se jkunu qed jiddefendu l-vantaġġ ta’ 2-0 miksub fl-ewwel leg fis-Centenary Stadium.

Wara li eliminaw lil Glentoran bl-għoti tal-penalties, l-iskwadra mmexxija minn Darren Abdilla kellha prestazzjoni mill-aqwa kontra Dudenalnge tal-Lussemburgu fl-ewwel leg f’Malta, meta l-ewwel marru minn fuq fl-54 minuta minn Macula, u wara li sitt minuti wara l-avversarji tkeċċielhom plejer, il-captain Zack Muscat għamel ġmiel ta’ gowl biex poġġha lil Gżirjani f’pożizzjoni ħafna aħjar għall-partita tal-lum.

Jekk Gżira jirnexxielhom jagħmluha għat-tielet round ta’ din il-kompetizzjoni, l-avversarji tagħhom ikunu wieħed minn Drita tal-Kosovo jew Plzen tar-Repubblika Ċeka. Fl-ewwel leg dawn iż-‘żewġ timijiet spiċċaw fi draw ta’ mingħajr gowls.

Il-partita bejn Dudelange u Gżira United ser tintlagħab fis-7:30pm fi Stade Jos Nosbaum, f’Dudelange