Futbol Sport

Gżira United javvanzaw għat-tielet rawnd

(Ritratt: Trevor Sollars)

Dudelange……………….2 (2)

Gżira U……………………….1 (3)

Dudelange: D. Desprez, D. Kuete (Y. Schaus 64′), I. Sidibe, V. Decker, K. Delorge, F. Bojic (I. Englaro 74′), B. Freire (M. Thomas 89′), E. Agovic, J. Ouassiero (S. Altun 89′), S. Hadji, O. van Lingen

Gżira U.: D. Cassar, Thiaguinho, C. Chaba, A. Borg (G. Metz 85′), M. Dias, F. Romero, Macula (Ewertton 77′), Z. Scerii, B. Borg, Wilkson, J. Mendoza

Referee: Y. Frid

Gżira United għamluwha għat-tielet round ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Conference League minkejja li tilfu bl-iskor ta’ 2-1 kontra Dudelange iżda fl-ewwel leg kien rebħu bl-iskor ta’ 2-0 biex b’hekk kwalifikaw b’aggregate ta’ 3-2.

Fl-ewwel taqsima Dudelange kienu aħjar minn Gżira u rnexxielhom imorru fil-vantaġġ fit-38 minuta meta minn freekick ta’ Hadji, l-ballun ġie devjat fix-xibka ta’ Cassar għal 1-0.

Gżira baqgħu fil-partita matul it-tieni taqsima, iżda l-avversarji għaluwhom 2-0 fl-84 minuta meta kien għal darb’oħra Hadji li skorja t-tieni gowl tiegħu. Bil-partita tidher destinata li sejra għall-ħin barrani, Gżira skorjaw dak li kellu jkun il-gowl ta’ kwalifikazzjoni fis-87 minuta meta minn kontrattakk veloċi kien Wilkson li b’daqqa ta’ ras tajba għamel l-iskor 2-1.