Ekonomija Lokali

Il-Kamra tal-Kummerċ favur il-liberalizzazjoni tad-distibuzzjoni tad-dawl

Il-proposta sabiex is-settur tad-distribuzzjoni tal-enerġija ikun liberalizzat mhix kwistjoni ta’ “għażla”, imma pjan Ewropew li għandu jidħol fis-seħħ fi żmien ftit snin. Tant ili fi kliem il-Kamra tal-Kummerċ, il-pjan minn naħa ta’ Malta kellu jkun lest din is-sena, biex fl-2024 jkun preżentat lill-Ewropa bil-għan li l-liberalizzazjoni tad-distribuzzjoni tad-dawl issir kif suppost.

Waqt il-programm ‘Perspettivi’ fuq Net Television, il-Kap Eżekuttiv tal-Kamra tal-Kummerċ Marthese Portelli insistiet li dan il-pass missu ittieħed mill-gvern sena ilu.

Issa, qed ikun il-PN mill-Oppożizzjoni li jimbotta din l-idea tant importanti – bil-gvern baqa’ jopponiha.

F’din l-intervista, Marthese Portelli qalet li l-Kamra tal-Kummerċ, kienet diġa’ rakkomandat din il-proposta darbtejn lil Gvern, darba qabel l-elezzjoni ġenerali u darba qabel il-budget tal- 2023.

Marthese Poretlli spjegat li l-mudell ekonomiku li qed juża il-Gvern ta’ Robert Abela, li ra żieda enormi fil-popolazzjoni, diġa’ qed joħloq problemi li qed narawhom ta’ kuljum; fosthom it-traffiku, fil-qtugħ tad-dawl, l-skart li mhux jinġabar fil-ħin, kif ukoll problemi fid-dranaġġ.

Għalhekk, jeħtieġ li l-gvern jaddotta mudell ekonomiku ġdid li ġbir miegħu l-inqas stress fuq il-pajjjiż.

Il-PN ilu snin jitfa’ pressjoni fuq il-Gvern biex ibiddel il-mudell ekonomiku. Iżda dwar dan, jidher li f’Kastilja m’hemmx qbil – b’Robert Abela jirreżisti bidla u l-Ministru tiegħu tal-Finanzi jgħid li jekk l-mudell ma jinbidilx…il-popolazzjoni se tisplodi għal 800,000 persuna.