Numru kbir ta’ nies spiċċaw evakwati wara li tifun qawwi laqat iz-zoni lejn in-nofsinar tal-Ġappun – bil-konsegwenza li d-dawl inqata’ għal xi terz tad-djar fil-Gżejjer ta’Okinawa.
It-tifun Khanun hu t-tielet tifun li laqat il-Lvant tal-Asja fi tliet ġimgħat u anki mistenni li jżid mal-maltemp kbir fiċ-Ċina – u meta l-kapitali Beijing qed iġġarrab l-agħar inżul tax-xita għal aktar minn seklu u li ħalliet viċin l-40 vittma.
L-esperti qed jgħidu li dawn il-fenomeni tat-temp se jsiru aktar frekwenti minħabba l-gloal warming u meta r-reġjun tal-Asja ntlaqat diġà minn tifun ieħor imlaqqam Talim u l-elementi ta’ super storm bl-isem Doksuri.
//= $special ?>