“In-nuqqas ta’ investiment u pjanar fl-infrastruttura bagħat lil pajjiżna mitt sena lura u issa l-poplu xeba jesperjenza kriżi wara l-oħra.”
Dan sostnieh id-Deputat tal-Partit Nazzjonalista Mark Anthony Sammut waqt id-dibattitu li kellu fil-programm Xtra mal-Ministru Miriam Dalli….fejn Sammut stqarr illi l-poplu qed jirrealizza li kien il-Gvern ta’ Robert Abela li ġab ir-realtà kerha li qed ngħixu fiha.
Id-deputat Nazzjonalista qal li l-poplu jinsab fgat bit-traffiku kif ukoll bil-bini esaġerat li ma kull jum li jgħaddi qed ikompli jiżdied. U issa xeba wkoll mill-qtugħ tad-dawl; jum wara l-iehor.
Minn naħa tagħha l-Ministru Miriam Dalli spiċċat tiftaħar bin-niċeċ ekonomiċi li ġab Gvern Nazzjonalista; u ma kinitx kapaci issemmi settur wieħed li ħoloq il-Gvern tagħha.
Waqt dan id-dibattitu, Mark Anthony Sammut qal li pajjiżna wasal sa dan il-punt kaġun tan-nuqqas ta’ investiment u l-mudell ekonomiku li fassal Gvern Labursita; mudell li ġab miegħu splużjoni qawwija fil-popolazzjoni. Tant li issa diversi setturi f’pajjiżna mhux qed ilaħħqu ma’ din iż-żieda.
//= $special ?>