Illum ġew pubblikati t-terms of reference u tħabbar li se tibda l-Inkjesta Pubblika dwar il-mewt ta’ Jean Paul Sofia.
Il-PN fi stqarrija qal illi filwaqt li jilqa’ din l-Inkjesta, kif ilu jitlob mil-bidunett, il-Partit Nazzjonalista jinnota li, li kieku l-Inkjesta Pubblika bdiet immedjatament, kif kien qed jesiġi l-Partit Nazzjonalista, bil-perjodu allokat ta’ ħames xhur, kieku din s’issa diġà lesta u saret ġustizzja sħiħa.
Omm, missier u l-familja ta’ Jean Paul tħallew xhur sħaħ jittallbu u jitkarrbu għax Robert Abela baqa’ jwebbes rasu magħhom.
//= $special ?>