Lokali

Omm ta’ tlett itfal qed issibha finanzjarjament diffiċli biex trabbi lill-uliedha; titlob għall-għajnuna tal-pubbliku

Omm ta’ tlett itfal qed issibha diffiċli li trabbi lil uliedha minħabba problemi finanzjarji li qed tesperjenza.

Dan qalitu l-Viċi Sindku Laburista ta’ Birżebbuġa, Josette Busuttil meta fuq il-media socjali appellat lil dawk kollha li jistgħu jingħu lil din l-omm sabiex jagħmlu ġest ta’ solidarjeta’.

F’messaġġ ippubblikat fuq Facebook, intqal illi l-omm spiċċat f’sitwazzjoni li waslitha biex titlob l-għajnuna tal-pubbliku hekk kif m’għandix mezzi oħra kif tista’ tmantni lil uliedha.

Fost il-bżonnijiet li għandha din l-omm hemm ħalib u ħrieqi tat-trabi.

F’dawn l-aħħar ġimgħat u xhur rajna diversi familji li qed jgħaddu minn problemi simili hekk kif spiċċaw mhux ilaħħqu mal-ispejjeż tal-għoli tal-ħajja.

U fid-dawl ta’ dan kollu, il-familji Maltin spiċċaw jirrikorru għall-għajnuna tal-pubbliku hekk kif il-Gvern, minkejja diversi appelli minn persuni milquta, għadu m’għamel xejn dwar il-pjaga tal-għoli tal-ħajja u ż-żieda enormi fil-prezzijiet.