Lokali

Riżultati pożittivi, iżda previżjonijiet kawti

Riżultati pożittivi fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta għall-ewwel sitt xhur tas-sena; riżultati li kienu konfermati mill-MIA, fejn ħareġ li aktar minn 3.4 miljun persuna għaddew mill-ajruport fl-ewwel nofs tas-sena.

47% tal-vjaġġi minn u lejn Malta saru mill-kumpanija Ryanair, filwaqt li 26% kienu tal-Air Malta.

Il-linja WizzAir kellha 5% tat-titjiriet tul l-ewwel nofs tas-sena. Filwaqt li l-Luftanhsa ġarret 4% tat-traffiku kollu minn u lejn Malta.

Meta preżenta dawn ir-riżultati…il-Kap Eżekuttiv tal-MIA Alan Borg spjega li bħalissa għaddej investimenti fuq l-ewwel fażi tal-proġett tal-espansjoni tat-terminal.

Ritratt: Martin Agius

Il-Kap Eżekuttiv tal-MIA stqarr ma’ Net News illi l-impatt tal-gwerra fl-Ukrajna kif ukoll l-inflazzjoni li qed tolqot ħafna pajjiżi jaf ikollha impatt negattiv fuq it-turiżmu għax-xhur li ġejjin.

Ritratt: Martin Agius

Intant l-akbar numru ta’ turisti li żaru Malta fl-ewwel sitt xhur kienu mill-Italja, waqt li fit-tieni post hemm ir-Renju Unit ….bit-turisti Franċiżi jiġu fit-tielet post mit-total.

Intqal illi l-kumpanija Eurowings qed joperaw mill-ġdid fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta wara 5 snin …filwaqt illi l-Air Serbia bdiet ittir mill-ġdid lejn Malta mix-xitwa li għaddiet.

Skond dawn ir-riżultati, kull turist nefaq f’pajjiżna 8.2% iżjed meta kumparat mas-sena 2019. Waqt li n-nefqa ta’ barranin li jiġu Malta għax għandhom post hawn jew joqgħodu mal-ħbieb…. naqset bi 3.4%.