Sport Sport Ieħor

Table Tennis: Felix Wetzel jilta’ 40 post fir-rankings Internazzjonali

Meta ħarġu r-rankings mondjali tal-Federazzjoni Internazzjonali tat-table tennis, il-plejer professjonali Malti Felix Wetzel jinsab fil-255 post wara li ħa sehem fil-WTT Feeder Event li sar f’Havrov fir-Repubblika Ċeka.

Wetzel wasal mal grupp tal-aħħar 64 wara li għeleb lil Pedro Osiro tal-Iżvizzera 3-0 wara sets ta’ 11-9, 11-5 u 11-8.

Madankollu huwa tilef 3-0 kontra Luka Mladenovic tal-Lussemburgu. Minkejja din it-telfa, Wetzel kien dejjem fil-partita bis-sets ikunu 14-12, 11-9 u 11-9.

Wara dan ir-ranking tal-Federazzjoni Internazzjonali tat-Table Tennus ITTF, huwa tela’ 40 post wara li fir-rankings li saru f’nofs Lulju hu kien jinsab fil-295 post. Felix Wetzel se jkun qed jieħu sehem f’żewġ tournaments oħra tal-World TableTennnis Feeder Event f’Olomouc fic- Ċekia u f’Panagyurishte fil-Bulgarija.