Grupp F:
ĠAMAJKA…….0
BRAŻIL…………0
Il-Ġamajka rnexxielhom jiktbu l-istorja meta bi draw ta’ mingħajr gowls kontra l-Brażil, kisbu kwalifikazzjoni storika għal mal-aħħar sittax tat-Tazza tad-Dinja, l-ewwel darba kemm ilhom jikkompetu f’dan l-akbar avveniment tal-futbol mondjali.
Minkejja d-domiju tal-Brażiljani, kemm f’dak li huwa pussess kif ukoll fil-konklużjonijiet lejn il-lasta, id-difiża Ġamajkana żammet soda sat-tmiem biex kisbet il-punt li kellha bżonn għall-kwalifikazzjoni mal-aħħar sittax.
//= $special ?>