Grupp G:
ARĠENTINA…………0
ŻVEZJA………………….2
Fil-Waikato Stadium, żewġ gowls fit-tieni taqsima kienu biżżejjed għall-Iżvezja sabiex ittemm l-impenji fi Grupp G b’punti massimi minn tliet partiti.
Wara li l-ewwel taqsima ntemmet fi draw ta’ mingħajr gowls, fis-66 minuta l-Iżvediżi jmorru meritatament fil-vantaġġ. Minn pass ta’ Sofia Jakobsson kienet Rebecka Blomqvist li għelbet lil Vanina Noemi Correa.
Reazzjoni sterili mill-Argentina, bl-Iżvezja tirdoppja l-iskor fid-90 minuta b’penalty mgħoti u skorjat minn Elin Rubensson sabiex l-avventura ta’ Żvezja fil-kompetizzjoni tkompli filwaqt li tal-Arġentina tieqaf hawn hekk kif spiċċaw fl-aħħar post fi Grupp G b’punt wieħed biss.
//= $special ?>