Grupp F:
PANAMA………..3
FRANZA………….6
Fl-aktar partita li ġew skorjati gowls s’issa, Franza għelbu lill-Panama 6-3 biex b’hekk rebħu l-grupp b’7 punti u flimkien mal-Ġamajka għaddew għall-fażi li jmiss.
Kienu l-Panama li fetħu l-iskor wara biss żewġ minuti minn free-kick mill-isbaħ minn madwar 35 metru skorjat minn Marta Cox. Dan il-gowl tniżżel fl-istorja tat-tim tan-nisa tal-Panama bħala l-ewwel wieħed f’Tazza tad-Dinja għal dan in-nazzjon.
Franza kisbu d-draw fil-21 minuta meta x-xutt ta’ Maelle Lakrar kien devjat mill-plejer tal-Panama Deysire Salazar u spiċċa fir-rokna tax-xibka.
Għaddew biss 7 miunti u Franza marru minn fuq. Nuqqas difensiv mill-Panama wassal biex minn kross ta’ Becho, l-ewwel tentattiv bit-takkuna ta’ Kadidiatou Diani kienet milqugħa minn Bailey, bil-ballun jerġa’ jaqa’ f’saqajn Diani li din id-darba sparat fis-saqaf tax-xibka.
Fis-37 minuta Franza ngħataw penalty għal handsball fil-kaxxa ta’ Yomira Pinzon u mill-11-il metru reġgħet kienet Kadidiatou Diani li għamlet l-iskor 3-1.
Ħames minuti fuq il-45, Franza għamluhom 4-1 meta l-cross-shot ta’ Lea Le Garrec qarraq bil-goalkeeper Bailey u baqa’ dieħel fix-xibka. Tmiem l-ewwel taqsima, 4-1 għal Franza.
Il-Les Bleus ingħataw penalty ieħor fit-52 minuta għal handsball ieħor din id-darba ta’ Wendy Natis u reġgħet kienet Diani li nkarigat b’suċċess mill-penalty biex għaqdet hat-trick personali u 5-1 favur Franza.
Il-penalties f’din il-partita kienu għadhom ma spiċċawx hekk kif fl-54 minuta din id-darba kien imiss lill-Panama li jingħataw wieħed għal foul ta’ Elisa De Almeida. Għal Panama marret fuq il-ballun Yomira Pinzon li b’xutt b’saħħtu għelbet lil goalkeeper ta’ Juventus Pauline Peyraud-Magnin.
Il-Panama skorjaw gowl ieħor fis-87 minuta meta l-kross ta’ Pinzon wasal għand Lineth Cedeno, li l-ewwel tentattiv bir-ras tagħha ħabat mal-mimduda biex mir-rebound l-attakkanta ta’ Sampdoria b’daqqa ta’ ras oħra tefgħet ġewwa.
L-iskor sa tmiem il-partita baqa’ ma nbidilx u Franza ħarġu rebbieħa 6-3 biex b’hekk rebħu Grupp F u għaddew flimkien mal-Ġamajka.
//= $special ?>