Raġel ta’ 39 sena minn Ħal Safi bi problema akuta tal-vizzju tad-droga ġie kundannat tliet snin u 10 ħabs mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech fuq diversi serqiet fosthom żewġ vetturi, ċappetta u għodda minn bosta lokalitajiet.
Stefan Cutajar li hu magħruf sew mal-Pulizija sar ukoll reċidiv u kien ukoll fuq pleġġ fuq każ separate. Hu ammetta li seraq żewġ karozzi mill-Iklin u minn Ħal Balzan kif ukoll ċappetta li kienet tiswa aktar minn €2,300 u didversi għodod. Ammetta wkoll li laqa’ għandu oġġetti misruqa u li kiser diversi kundizzjonijiet imposti fuqu mill-Qorti.
Fis-sentenza tagħha l-Qorti qalet li l-fatt li ammetta fi stadju bikri tal-proċeduri u li kkopera bis-sħiħ mal-Pulizija u l-fatt ukoll li qed jitlob biex isegwi programm ta’ rijabilitazzjoni biex jegħleb il-vizzju tad-droga, naqqas it-terminu tal-piena drastikament.
Kien għalhekk li tpoġġa taħt ordni ta’ trattament għal perjodu ta’ tliet snin biex jegħleb il-vizzju tad-droga u l-Qorti rrakkomandat li r-raġel jibda programm residenzjali “sabiex tassew jindirizza fi spazju kontrollat il-vizzju li rrendih skjav”.
Għaldaqstant fuq amminssjo i tiegħu stess il-Qorti sabet lil Cujar ħati fuq s-sebgħa imputazzjonijiet li kien qed jiġi mixli bihom u rrevokat l-ħelsien mill-arrest tiegħu kif akkordat bid-digriet tal-Maġistrat Joe Mifsud fit-12 t’April, 2023 kif ukoll tordna l-konfiska favur il-Gvern ta’ Malta ta’ €200 mid-depożitu b’garanzija skond dak id-digriet. L-Ispettur Ritienne Gauci mexxiet il-Prosekuzzjoni.
//= $special ?>

