Nick Calleja Urry, li għad għandu 12-il sena temm fis-sitt post minn fost 113-il parteċipant fit-23 Edizzjoni tal-Festival Internazzjonali tac-Ċess li sar f’ Saint-Lô fin-Normandija fi Franza.
Calleja Urry ikkompeta fil-kategorija ta’taħt it-12-il sena – Under 1400 fejn kellu avversarji minn Franza, Litwanja, Niġerja u Repubblika Ċeka.
Matul il-11-il rawnd, Calleja Urry kellu seba’ rebħiet, żewg draws u tilef darbtejn fejn għamel serje ta’ sitt rebħiet konsekuttivi fejn kiseb tmien punti, wieħed anqas mit-tieni post.
Skont sistema ta’ ranking li tinħadem fuq analiżi wara kull partita, huwa kellu ‘l fuq minn 200 punt aktar mir-ranking tiegħu. Calleja Urry beda jilgħab iċ-ċess meta kien għad għandu 5 snin u minn dakinhar irrappreżenta lil Malta fil-Kampjonati tal-Ewropa taż-Żgħażagħ fl-2019 u fl-2022 li saru fis-Slovakkja u t-Turkija.
Din is-sena, dawn il-Kampjonati se jsiru f’Settembru f’Mamaia fir-Rumanija.

