Internazzjonali

Il-Kanada: Il-Prim Ministru Trudeau u martu jisseparaw

ż

Il-Prim Ministru Kanadiż Justin Trudeau u martu Sophie qed jisseparaw wara 18-il sena ta’ żwieġ.

Huma, permezz ta’ ‘post’ fuq Instagram, qalu li se jibqgħu xorta ‘familja magħquda’ iżda deċidew li jispiċċaw bħala koppja wara ‘sensiela ta’ taħditiet diffiċli’.

Justin Trudeau u Sophie Grégoire Trudeau kienu żżewġu f’Montreal fl-2005 u għandhom tlett itfal.

Intant, l-Uffiċċju tal-Prim Ministru qal li l-koppja xorta se tkompli bid-dehriet fil-pubbliku minkejja li ffirmaw il-ftehim għas-separazzjoni. Madankollu, Sophie Grégoire Trudeau, ‘il quddiem, mhix se tkun inkluża aktar fl-impenji uffiċjali tal-Prim Ministru Kanadiż.