Internazzjonali

Il-Korea ta’ Fuq: L-ewwel ħjiel dwar is-suldat maħrub

Il-Korea ta’ Fuq ikkonfermat li qed iżżomm lis-suldat Amerikan Travis King fl-ewwel tweġiba għat-talbiet tal-Istati Uniti għal informazzjoni dwar is-suldat li, fit-18 ta’ Lulju, kien ħarab mill-fruntiera tal-Korea t’Isfel lejn l-Istat komunista.

Kelliema għall-UN Command, madankollu, ma tawx dettalji dwar din it-tweġiba u lanqas ma ssemmiet il-lokalità speċifika ta’ King.

Dan meta qed ikomplu l-isforzi biex is-suldat Amerikan, b’xi mod, ikun ripatrijat lura lejn l-Istati Uniti u fost sinjali li l-Korea ta’ Fuq tista’ tkun disposta biex tiddiskuti l-futur ta’ Travis King.

Il-UN Command, bħalissa,  qed jissorvelja liz-Zona Demilitarizzata li tissepara lill-Korea t’isfel mill-Korea ta’ Fuq komunista.