Il-Papa Franġisku kellu laqgħa li damet iktar minn siegħa ma’ 13-il vittma ta’ abbuż sesswali minn membri tal-Knisja Kattolika fil-Portugall. Din il-laqgħa saret fost sensiela ta’ attivitajiet li l-Papa għandu matul il-ħamest ijiem ta’ żjara waqt il-Jum Dinji taż-Żgħażagħ li qed jattendu għalih eluf kbar ta’ żgħażagħ Kattoliċi minn diversi pajjiżi.
Rapport li ħareġ din is-sena kkonkluda li mill-inqas 4,815 tifel u tifla fil-Portugall ġew rapportati li kienu abbużati sesswalment. Fi Frar li għadda, kummissjoni indipendenti li saret mill-Knisja Kattolika fil-Portugall iddokumentat l-esperjenza ta’ 564 persuna li allegatament ġew abbużati minn uffiċjali tal-Knisja.
F’messaġġ li wassal il-Papa nnifsu huwa qal li l-Knisja għandha minnufih tisma’ l-karba ta’ dawn il-vittmi.
//= $special ?>