Anzjan ta’ 62 sena weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident bejn karozza u mutur.
L-inċident seħħ il-Ħamis għall-ħabta tan-nofsiegħa fl-inħawi magħrufa bħala l-Aħrax limiti tal-Mellieħa.
Il-Pulizija marret fil-post u mill-ewwel investigazzjonijiet li saru rriżulta li seħħet ħabta bejn karozza misjuqa minn Olandiż ta’ 30 sena u mutur misjuq mill-anzjan.
Tim mediku mar fil-post sabiex jassisti filwaqt li ambulanza ħadet lill-anzjan l-Isptar Mater għall-kura meħtieġa.
Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>