Internazzjonali

L-Italja: Il-Prim Ministru Meloni tfittex lill-kantant ta’ Placebo għal malafama

Il-Prim Ministru tal-Italja, Giorgia Meloni, qed tfittex lill-kantant ta’  Placebo għall-malafama wara li hu infexx f’attakk verbali fil-konfront tagħha waqt kunċert li l-grupp kien qed jagħti x-xahar li għadda f’Turin.

Il-kantant Brian Molko spiċċa jgħajjar lil Meloni ‘faxxista’ u ‘razzista’ minn fuq il-palk waqt is-Sonic Park festival – bil-prosekuturi f’Turin jiftaħ investigazzjoni dritt wara.

Giorgia Meloni, intant, ma kummentatx pubblikament dwar l-issue wara li l-videos tal-kunċert ta’ Placebo ‘qabdu perfettament’ lil Molko waqt li kien qed jikkummenta b’mod dispreġjattiv dwar il-Prim Ministru – u fejn spikkaw il-kelmiet ‘faxxista’ u ‘razzista’ bit-Taljan, fost l-applawż tal-udjenza.