Ir-reġjun tal-Mediterran qed jirriskja li fis-snin li ġejjin jaffacja aktar fenomeni naturali estremi. U għalhekk, ma fadalx aktar ħin x’naħlu.
Dan huwa l-appell li wassal il-President ta’ Malta George Vella, f’dikjarazzjoni konġunta flimkien mal-Presidenti tal-Kroazja, il-Grecja, l-Italja, il-Portugall, u s-Slovenja.
Permezz ta’ din id-dikjarazzjoni… twassal messaġġ b’saħħtu sabiex il-pajjiżi kollha tal-Mediterran jikkoordinaw flimkien u jirreaġixxu għall-effetti tal-kriżi klimatika.
Dawn is-sitt pajjiżi wiegħdu li jappoġġjaw bis-sħiħ inizjattivi ta’ azzjoni konġunta ….filwaqt illi appellaw lill-Unjoni Ewropea, lill-pajjiżi l-oħra tal-Mediterran u lill-komunità internazzjonali biex jagħtu prijorità għall-kwistjoni tal-bidla fil-klima.