Knisja Lokali

Saċerdot Malti jerġa’ jkanta quddiem il-Papa għat-tielet darba

Fr Rob Galea reġa’ kellu l-opportunità jkanta quddiem il-Papa għat-tielet darba, din id-darba fuq il-palk ta’ Lisbona waqt l-avveniment tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ. Fil-fatt, il-Ħamis filgħaxija, Fr Rob kanta l-kanzunetta ‘Emmanuel Forever’ quddiem il-Papa innifsu.

Rob Galea, li twieled u trabba f’Malta, issa qed jgħix l-Awstralja fejn sploda fil-popolarita tiegħu wara li fl-2015 ipparteċipa f’X Factor.

Apparti ‘Emmanuel Forever’, hu ser joħroġ żewġ kanzunetti oħra għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ, kif spjega fl-intervista li tana. Id-diska ‘See the Light’ li ser joħroġ ma’ Thomas Syrne, kif ukoll id-diska ‘Angel’ li ser joħroġ ma’ Robbie Rivera.

Fr Rob Galea tkellem ma’ Net News dwar it-tifsira vera tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ.

Hu esprima s-sodisfazzjon tieghu li f’Lisbona qed jara ammont kbir ta’ żgħażagh, speċjalment żgħażagħ Maltin li diġa’ ltaqa magħhom aktar kmieni din il-ġimgħa.