Grupp H:
KOREA T’ISFEL….1
ĠERMANJA……….1
Il-finalisti tal-Kampjonati Ewropej il-Ġermanja, għandhom bżonn jinsew malajr din l-avventura f’din it-Tazza tad-Dinja hekk kif bi draw ta’ 1-1 kontra l-Korea t’Isfel sfaw eliminati wara li spiċċaw fit-tielet post b’4 punti.
Il-Ġermanja riedu minn tal-inqas rebħa minn dan il-konfront hekk kif kellhom differenza ta’ gowls aħjar mill-Marokk, iżda naqqsu milli jagħmlu dan u fis-Suncorp Stadium ġew miżmuma fi draw ta’ 1-1 mill-Korea t’Isfel.
Kienu l-Koreani li fetħu l-iskor wara biss 6 minuti meta minn pass ta’ Lee Young ju kienet So-Hyun Cho li b’xutt fil-baxx għelbet lil Frohms.
Il-Ġermaniżi ġabu l-iskor indaqs fit-42 minuta permezz ta’ Alexandra Popp li minn kross ta’ Svenja Huth bir-ras tefgħet ġewwa.
Bil-Ġermaniżi jitfgħu kollox fuq l-attakk fit-tieni taqsima, fit-58 minuta ħasbu li kienu marru minn fuq meta Jule Brand bir-ras għelbet lil Kim, iżda wara konsultazzjoni mal-VAR il-gowl kien imħassar hekk kif l-attakkanta ta’ Wolfsburg kienet f’pożizzjoni ta’ offfside meta rċevieta il-kross mingħand Sara Dabritz.
//= $special ?>