Futbol Sport

Tazza tad-Dinja tan-Nisa: Il-Marokk jegħlbu lill-Kolombja u jikkwalifikaw

Grupp H:

MAROKK………1

KOLOMBJA…..0

Wieħed mid-debuttanti fit-Tazza tad-Dinja tan-Nisa, il-Marokk kompla jissorprendi tant li b’rebħa ta’ 1-0 fuq il-Kolombja għamilha għar-rawnd li jmiss wara li l-Ġermanja fil-partita l-oħra ġew miżmuma mill-Korea t’Isfel.

Meta ż-żewġ timijiet dehru li dieħlin jistrieħu f’parità, fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima l-Marokk ingħataw penalty għal foul fil-kaxxa ta’ Daniela Arias fuq Ibtissam Jraidi. Mill-11-il metru kienet Ghizlane Chebbak li rat il-konklużjoni tagħha milqugħa iżda mir-rebound Anissa Lahmari kompliet għal ġewwa.

Il-marokkini rnexxielhom iżommu dan il-vantaġġ minimu sat-tmiem biex kienu huma li avvanzaw għar-rawn tal-aħħar sittax.