Il-Ħamis filgħodu ingħatat l-aħħar tislima lil Monsinjur Pawlu Darmanin, l-Isqof Emeritu tad-Djoċesi ta’ Garissa fil-Kenja.
Iċ-ċerimonja funebri bdiet minn kmieni filgħodu f’Ħaż-Żabbar fejn Monsinjur Darmanin kien espost fil-kappella tal-Lunzjata – sabiex imbad fit-8:45am telaq il-korteo lejn is-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja fejn bdiet il-quddiesa fid-9:30am.
Fl-istess quddiesa ngħatat ukoll l-aħħar tislima lil oħt Monsinjur Pawlu Darmanin; Mary Darmanin.
Il-quddiesa ġiet konċelebrata mill-Arċisqof ta’ Malta Charles Scicluna illi fl-omelija tiegħu, semma’ kif tul ħajtu Monsinjur Darmanin kien dixxiplu tas-saltna tas-smewwiet.
Monsinjur Scicluna irrefera wkoll għal fatt li hu u oħtu kienu jieħdu ħsieb xulxin, u filfatt mietu ftit ġranet biss ‘il bogħod minn xulxin.
Fl-omelija tiegħu, l-Arċisqof stqarr illi biex verament nifmu lil Alla, irridu niltaqgħu wiċċ imb wiċċ miegħu… u li fit-tbatija u fil-mard dejjem ikun hemm id-dawl ta’ tama jiddi mingħand Alla.
Monsinjur Darmanin kien sar l-Isqof ta’ Garissa fl-1984, u baqa’ f’dan l-irwol sakemm irtira fl-2015. Id-difna tiegħu saret fil-kennierja ta’ taħt il-knisja tal-Kapuċċini fil-Furjana.
//= $special ?>