Mara ta’ 24 sena residenti San Ġwann weġġgħet gravi wara li kienet involuta f’inċident bejn karozza u mutur.
L-inċident seħħ il-Ħamis filgħodu għall-ħabta tal-9:45 fi Triq in-Naxxar f’San Ġwann.
Il-Pulizija marret fil-post u mill-ewwel investigazzjonijiet li saru rriżulta li seħħet ħabta bejn mutur misjuq mill-mara ta’ 24 sena u karozza misjuqa minn mara ta’ 60 sena residenti n-Naxxar.
Tim mediku mar fil-post sabiex jassisti lix-xufier tal-mutur filwaqt li ambulanza ħaditha l-Isptar Mater għal aktar kura. Hija ġiet iċċertifikata li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>