Robert Abela u Clyde Caruana huma wisq aljenati bil-problemi li ħolqu huma stess biex isolvu l-problemi tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin.
Fi stqarrija, id-Deputati Ivan J. Bartolo, Ivan Castillo u Jerome Caruana Cilia saħqu li llum il-GWU ħabbret direttivi lill-ħaddiema tal-Air Malta minħabba li l-kumpanija u l-Gvern lanqas biss wieġbu t-talba tal-Union biex jiddiskutu Ftehim Kollettiv ġdid għall-ħaddiema tal-linja nazzjonali tal-ajru.
Il-Partit Nazzjonalista jtenni li l-Gvern għandu jieqaf jipprova jaħbi l-ħniżrijiet tiegħu stess u jiffoka fuq kif se jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin.
//= $special ?>