Kontinġent Malti, mgħażul mill-Kumitat Olimpiku Malti se jikkompeti fil-Logħob tal-Commonwealth taż-Żagħżagħ li se jsir bejn l-4 u t-12 ta’ Awissu fi Trinidad u Tobago. Malta ser tkun irrapreżentati minn tlett triatleti.
Keira Attard, Kai Azzopardi u Ryan Muscat ser jikkompetu fis-Super Sprint Individual Distance, filwaqt li Attard u Azzopardi jingħaqdu biex flimkien jikkompetu fis-Super Sprint Mixed Relay. L-ewwel kompetizzjonijiet se jsiru fis-6 ta’Awwissu bi tlielaq individwali f’ Bucco Bay, Tobago. Attard u Azzopardi jirritornaw f’ Bucco Bay fit-8 ta’ Awissu għal-Mixed Relay.
Maria Vella-Galea, Chef de Mission u membru tal-Bord Eżekuttiv tal-KOM ikkummentat li din hija t-tieni darba li Malta ser tikkompeti f’dawn il-Logħob u l-ewwel darba li ser nikkompetu fit-triathlon fejn l-atleti Maltin issoddisfaw il-kundizzjonijiet ta’ seleżżjoni stabbiliti mill-Kumitat Olimpiku Malti u l-Federazzjoni Maltija tat-Triathlon.
Il-Logħob tal-Commonwealth taż-Żagħżagħ fi Trindad u Tobago jibda bi spettaklu ta’ mużika u kulur fiċ-Ċermonja tal-Ftuħ nhar il-Ġimgħa 4 ta’ Awwissu, b’parteċipazzjoni ta’ atleti żgħażagħ min madwar 71 nazzjon u territorju fi ħdan il-Commonwealth.
Kai Azzopardi u Keira Attard se jġorru l-bandiera Maltija fiċ-Cerimonja tal-Ftuħ fil-Hasely Crawford Stadium fi Trinidad. Il-Kontinġent huwa mmexxi mix-Chef de Mission u Direttur tal-Midja tal-KOM, Maria Vella-Galea u minn Warren Muscat, bħala uffiċjal sportiv.
//= $special ?>