Alexei Navalny, il-Kap tal-Oppożizzjoni u l-akbar kritiku tal-President Russu Vladimir Putin, ingħata 19-il sena oħra ta’ priġunerija. Dan meta hu qed jiskonta sentenzi oħra ta’ ħabs proprju għaliex kien qed jopponi l-politika brutali u ripressiva tal-Gvern Russu,.
Navalny kien ikkundannat dwar allegata inizjattiva biex ‘joħloq organizzazzjoni estremista fost l-iffinanzjar tal-attivitajiet mill-estremisti fir-Russja.’
Il-każ kien qed jinstama’ wara bibien magħluqa f’kumpless li nbidel f’awla ta’ qorti u li jinsab lejn il-lvant ta’ Moska.
Intant, il-prosekuturi Russi kienu qed isejħu għal sentenza ta’ ħabs oħra għal Navalny li għandha tkun valida, għal 20 sena. Huma riedu wkoll li Navalny jiskonta din is-sentenza f’ċirkustanzi restrittivi u speċjali li s-soltu huma riservati għall-aktar kriminali perikolużi fir-Russja.
//= $special ?>