Familja Għawdxija tilfet qariba tagħhom, Christine Formosa Rakic li nstabet mejta fid-dar tal-eks-sieħeb tagħha f’Rooty Hill.
Il-kuġin tagħha, is-Sindku ta’ San Lawrenz, Noel Formosa jiftakarha bħala “persuna speċjali wisq għalih li kull fejn tkun kienet dejjem tiġbed il-pożittività.”
Noel qal li kuġintu Christine kienet ta’ spiss tmur Għawdex hekk kif pajjiżna kien wisq għal qalbha.
Christine Formosa Rakic, li kellha 53 sena u mwielda minn ġenituri Maltin, sfortunatament mietet fil-post tad-delitt qabel il-Pulizija laħqu waslu. Hi sofriet minn ġrieħi serji li wassluha biex titlef ħajjitha.
Raġel ta’ 50 sena li hu magħruf li kien jaf lil Formosa Rakic instab bi ġrieħi f’idu u f’għonqu. Hu ttieħed fl-Isptar ta’ Westmead hekk kif kien qed isofri minn qagħda kritika. L-istess raġel, issa, qed jinżamm arrestat filwaqt li qed jaffaċja akkużi ta’ qtil, u li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest.
//= $special ?>