Internazzjonali

L-Istati Uniti: Donald Trump jibqa’ jirribatti l-akkużi

L-eks President Amerikan Donald Trump wieġeb li mhux ħati għall-akkuża ta’ tixwix biex jinqaleb ir-riżultat tal-elezzjoni Presidenzjali tal-2020 li ntrebħet mill-kandidat Demokratiku – u President attwali – Joe Biden.

Trump, fil-fatt, kompla jinsisti li huwa l-vittma ta’ persekuzzjoni politika u meta anki stqarr li ‘dan hu perjodu iswed għall-Istati Uniti.’

Meta tressaq f’seduta qasira li saret fil-Qorti ta’ Washington, l-Imħallef ordnatlu biex ma jikkomunika l-ebda dettalji dwar din il-kawża li se tkompli fit-28 ta’ Awwissu.

Preżenti wkoll kien hemm il-Prosekutur Speċjali Jack Smith li qed jixli lil Trump dwar żewġ reati fuq livell federali u li fl-aħħar jiem spiċċa mira għall-għadab tal-eks President li, permezz tal-media soċjali, akkużah ‘b’li qed iwettaq kaċċa bla bżonn fil-konfront tiegħu’.