Lokali

Ma jistax ikollna Ministru li jinqabad jigdeb għal aktar minn darba dwar flus il-poplu

Clyde Caruana nqabad jigdeb mhux darba, imma darbtejn fuq l-istess ħaġa. Kellu jammetti li gideb għax inqabad.

Permezz ta’ post fuq il-midja soċjali l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech tenna li ma jistax ikollna Ministru tal-Finanzi li jinqabad jigdeb lilna lkoll fuq flusna stess, u li dan għamlu għal aktar minn darba.

L-ewwel qalilna li ċ-Chairperson tal-Air Malta mhux jitħallas, imbagħad meta nqabad qalilna li qed jitħallas imma mhux bħala Chairperson, issa għax reġa’ nqabad ammetta li kien qed jaqla’ allowance ‘extra’ oħra wkoll bħala Chairperson tal-Bord tal-Air Malta.

Gvern ibbażat fuq il-gideb: “Malta tagħna lkoll” u “L-aqwa żmien”.

Għandhom wisq x’jaħbu. Pajjiżna jixraqlu aħjar. Int jixraqlek aħjar.